Sunday, December 22, 2024

“Hija ċara li dak li qed nagħtu aħna permezz tar-rifużjonijiet, il-PN se jwaqqaf dan”

Aqra wkoll

Waqt li indirizza konferenza tal-aħbarijiet miċ-Ċentru Nazzjonali Laburista, il-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol Clyde Caruana qal li jidher bl-aktar mod ċar li l-PN, minkejja li ppreżenta l-manifest elettorali tiegħu u d-diversi verżjonijiet tiegħu, jidher bl-aktar mod ċar illi għandu diversi żbalji jew saħansitra ma kienx preparat għall-proposti li kien qed jippreżenta tul dawn l-aħħar jiem.

Il-Ministru Caruana tkellem dwar id-dibattiti li kellu lbieraħ fejn f’wieħed minnhom kien qed jiddiskutu l-proposti tal-PN fuq il-corporate tax. 

Innota kif l-affarijiet meta wieħed ikun qed ipinġihom bħala proposti, irid jidħol f’ħafna iktar dettall jekk verament irid jitwemmen fuq dak li qed jgħid. Qal li jidher ċar li l-anqas l-istess kelliem tal-PN ma kien jaf fuq xix qiegħed jitkellem.

Fid-dibattitu tal-bieraħ filgħaxija l-Ministru Caruana qal li staqsa kemm se jkunu qed jigwadanjaw dawk in-nies li huma fuq il-paga minima mill-proposta tal-PN f’dak li għandu x’jaqsam il-kreditu ta’ taxxa. F’dan ir-rigward, il-kelliem għall-PN “kellu fervur fuqu li bilkemm kelli ċans nitkellem, tant li anke l-preżentatur qabżitlu, iżda baqa’ qatt ma wieġeb il-mistoqsija.”

“Jidher bl-aktar mod ċar il-PN  għal darb’oħra reġa’ nesa kompletament il-minimum wage earners.”

“Jekk tmorru ftit għal dak li qal id-Deputat tal-PN Jason Azzopardi, ikkonferma  s’issa l-PN għadu ma ċaħadx li ċ-ċekkijiet li nagħtu se jieqfu. Ħadd ma ċaħadha mill-PN li dawk se jibqgħu jingħataw. Allura dak li qal Azzopardi huwa ċar li se jieqfu. Allura hija ċara li dak li qed nagħtu aħna permezz tar-rifużjonijiet, il-PN se jwaqqaf għax minflok qed jaraw li jagħmlu din is-sistema ta’ kreditu. Mela se jneħħu miżura biex idaħħlu oħra.”

Ekonomija

Sport