Thursday, May 16, 2024

“Il-PN ħareġ manifest darba, darbtejn, tlieta u spiċċa kulħadd konfuż”

Aqra wkoll

Waqt li indirizza konferenza tal-aħbarijiet miċ-Ċentru Nazzjonali Laburista, il-Ministru Ian Borg tkellem dwar kif il-Partit Nazzjonalista miegħu kollox “bit-terms u conditions”

“Fl-2017, il-PN għamel koalizzjoni tal-konfużjoni, pero ħames snin wara lanqas għandhom bżonn ikunu f’koalizzjoni biex jintilfu fl-istess konfużjoni. Il-PN f’din il-kampanja elettorali ħareġ manifest darba, darbtejn, tlieta u spiċċa kulħadd konfuż. Daqqa jgħidu li għandhom 700 proposta, daqqa 500, daqqa 550, u kull darba matul dawn il-ġimgħat inqabdu jagħmlu xi żball, bħalma meta għedna li l-uffiċċju tal-Malta Enterprise f’Għawdex ilu hemm mill-1996, jerġgħu jidħlu fil-manifest u jagħmlu edit u jerġgħu jippubblikaw.”

Innota kif saħansitra meta l-kelliema jitkellmu fuq il-manifest tagħhom, jew juru li għandhom nuqqas ta’ għarfien fuq l-istess manifest jew jitfixklu bejniethom.

“Il-konfużjoni pero nemmen li għandha raġuni, raġuni li trid taħbi t-terms and conditions,” qal il-Ministru Borg.

Qal li jekk wieħed ifittex il-kelma “iżda” fil-manifest tal-PN issibha 87 darba, jekk tfittex il-kelma “kriterji” issibha 49 darba  u l-kelma konformi qiegħda 41 darba. 

“Meta wieħed iħares lejn il-manifest tal-PN, jiġi dejjem b’kundizzjoni u allura kif anke l-poplu esperjenza meta l-PN kellu ċ-ċans li jkun fil-gvern, ma tafx fejn qiegħed miegħu. Il-PN flok jagħtih, jiħodlok.”

Sport