Tuesday, May 21, 2024

Hirving Lozano fil-mira ta’ San Diego

Aqra wkoll

L-attakkant veteran mill-Messiku Hirving Lozano mistenni jħalli lil PSV Eindhoven sabiex jingħaqad ma’ San Diego fl-Istati Uniti. Dan tal-aħħar ma tantx kellu xi staġun ta’ barra minn hawn fl-Eredivisie Olandiża meta skorja biss sitt gowls għalkemm wettaq xi assists lejn sħabu.

Napoli jistgħu jibbenefikaw minn dan it-trasferiment minħabba li fil-kuntratt li kellu magħhom, ġaladarba hu jkun trasferit lejn tim ieħor, perċentwal mis-somma tat-trasferiment tingħata lilhom.

Lozano għandu 28 sena u fil-karriera tiegħu lagħab ukoll ma’ Pachuca.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport