Monday, May 20, 2024

Inter u Lazio interessati f’difensur Arġentin

Aqra wkoll

Inter u Lazio qed isegwu b’attenzjoni l-progress tad-difensur ta’ 22 sena Nicolas Valentini. Dan tal-aħħar jilgħab ma’ Boca Juniors u għandu kuntratt sa Diċembru 2027. Huma mhux beħsiebhom ineħħuh għalkemm iridu jaraw ukoll x’inhi r-rieda tiegħu minħabba li kull plejer Arġentin jixtieq imur jilgħab fl-Ewropa.

Minkejja kollox, Boca se jippruvaw iżidu l-prezz tal-klawsola fil-kuntratt u jagħmluha diffiċli għan-Nerazzurri u l-Biancocelesti sabiex jaslu għalih.

Valentini lagħab 15-il partita matul dan l-istaġun u skorja gowl wieħed biss.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport