Saturday, May 4, 2024

HiTT Academy Midea jiksbu l-ewwel post tal-grupp ta’ klassifikazzjoni

Aqra wkoll

HiTT Academy Midea temmew fl-ewwel post fil-grupp ta’ klassifikazzjoni tal-kampjonat tar-raba’ diviżjoni tat-table tennis meta fl-aħħar ġurnata għelbu lil Alpha Nexxus 6-0. Dan it-tim spiċċa bl-istess numru ta’ punt daqs MITTC Butterfly Mizuno iżda b’differenza ta’ games aħjar.

L-istess HiTT Academy Midea xejn ma kellhom bidu faċli hekk kif sal-ewwel round kienu rebħu biss logħba waħda iżda huma kellhom progress kbir fit-tieni fażi li telgħethom aktar skaluni fil-klassifika.

MITTC Butterfly Mizuno għelbu lil Sharp Shot Academy Omega 5-1 filwaqt li HITT Academy Kyte Consultant xejn ma sabuha faċli sabiex jegħlbu l-isfida ta’ Top Spin TT Academy Beta 4-3. Finalment, MITTC Butterfly ZLC iddominaw il-konfront kontra Sharp Shot Academy Novus tant li rebħu 6-0.

KLASSIFIKA FINALI – GRUPP TA’ KLASSIFIKAZZJONI

HiTT Academy Midea, MITTC Butterfly Mizuno 22, Sharp Shot Academy Omega 20, MITTC Butterfly ZLC 18, HITT Academy Faraxa, HITT Academy Kyte Consultants 14, Sharp Shot Academy Novus, Alpha Nexxus 12, Top Spin TT Academy Beta 10.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport