Tuesday, November 10, 2026
Home Sport Hockey: Floriana Young Stars jiksbu rebħa prezzjuża fiċ-Challenge Cup

Hockey: Floriana Young Stars jiksbu rebħa prezzjuża fiċ-Challenge Cup

0
37

Floriana Young Stars għelbu lil White Hart 8-1 f’logħba miċ-Challenge Cup tal-Hockey li ntlagħbet fil-Kumpless tal-Hockey f’Kordin.

Deemer Rapinett skorja tliet gowls, filwaqt li Daniel Ellul u Karl Chircop, dan tal-aħħar b’żewġ penalty strokes, skorjaw doppjetta kull wieħed. Dean Spiteri żied gowl ieħor. Oscar Toledano skorja l-uniku gowl ta’ White Hart.

F’konfront ieħor, Qormi għelbu lil Floriana 7-2, b’Wyatt Magri jiskorja doppjetta. Julian Zahra, Gareth Magri, Dion Fenech, Giorgio Muscat u Nicole Zammit żiedu l-gowls l-oħra. Għall-Furjaniżi skorjaw Clive Hesketh u Dean Spiteri.

Fil-kategorija ta’ taħt it-18-il sena, Marsaskala għelbu lil Qormi 8-4. Alessandro Piscopo, Damian Lupu u Liam Carabott skorjaw żewġ gowls kull wieħed, filwaqt li Kaylen Cassar u Nathan Rodo żiedu wieħed kull wieħed.

Għal Qormi sabu x-xibka Nicole Zammit, Giorgio Muscat, Zackary Farrugia u Dion Fenech.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here