Tuesday, March 19, 2024

Hockey: Qormi Daikin jirbħu ċ-Challenge Cup

Aqra wkoll

Qormi Daikin huma r-rebbieħa taċ-Challenge Cup tal-Hockey wara li għelbu lir-rivali eterni GREE Sliema Hotsticks 7-6 wara penalty shoot-outs.

Kienet logħba denja ta’ finali bi Sliema li kellhom vantaġġ ta’ 4-2 sa tmiem it-tielet quarter iżda b’Qormi li wettqu reazzjoni furjuża, ġabu l-iskor indaqs u sfurzaw il-penalty shoot-outs li eventwalment rebħuhom.

Kienu l-Qriema li għalqu l-ewwel quarter minn fuq wara awtogowl ta’ Luke Brincat.

Sliema ħarġu determinati fit-tieni quarter u dawru l-iskor favurihom wara li Benjamin Johnston skorja doppjetta personali.

Sliema kellhom it-tielet quarter pożittiv hekk kif żiedu żewġ gowls oħra permezz ta’ Ryan George u Chris Agius qabel ma raw lil Qormi determinati fir-raba’ wieħed hekk kif Luke Bajada u Juan Sarcia skorjaw żewġ gowls oħra għal skor drammatiku ta’ 4-4.

B’dan l-iskor il-logħba marret għal penalty shoot-outs b’Qormi li rebħu 3-2 għal skor kumplessiv ta’ 7-6.

Fi tmiem il-konfront il-president tal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Hockey Gordon Mifsud ippreżenta t-tazza lill-captain ta’ Qormi Daikin Kurt Grixti.

GREE Sliema Hotsticks: Emile Borg, Ryan Dalli, Luke Brincat, Jonathan Borg, Shaun Grima, Ryan George, Keith Scicluna, Gary Bonnici, Christian Sammut, Benjamin Johnston, Karl Borg, Alessandro Amore, Christ Agius, Charlo Sammut, Ludwig Cole, Lukas Plaehn, Kurt Bonnici.

Qormi Daikin: Shamison Mifsud, Shawn Dimech, Nathan Pace Gasan, Joseph Cuschieri, Clayton Gatt, Luke Bajada, Zachary Degiovanni, Ayrton Falzon, Steve Tanti, Aaron Spiteri, Juan Sarcia, Julian Zahra, Daniel Ellul, Keith Calleja, Axel Cauchi, Kyle Micallef, Kurt Grixti, Luca Fsadni.

Umpires: Luke Busuttil Leaver, Shaun Mifsud.

Ekonomija

Sport