Wednesday, April 24, 2024

Hockey: Qormi Daikin jirbħu turnament triangulari

Aqra wkoll

Qormi Daikin organizzaw turnament triangulari tal-hockey qabel il-bidu tal-istaġun imsejjaħ DTX Projects Invitational Cup li apparti l-organizzaturi, ipparteċipaw ukoll Rabat u Trust Payments Floriana Young Stars.

Dan it-turnament ġie mirbuħ minn Qormi li għelbu 5-0 lil Rabat u 2-0 lil Floriana. Fil-logħba l-oħra, il-Greens għelbu lir-Rabtin 2-1.

L-aqwa skorer ta’ dan it-turnament kien Daniel Ellul li skorja erba’ gowls.

Għal dan it-turnament ġie użat ukoll il-Judge Table b’Justine Pace Gasan li wettqet dan ir-rwol filwaqt li ġew użati xi tfal bħala ball kids. L-għan hu li tiddaħħal kultura ġdida fil-hockey biex iktar tfal jitħajru jilagħbu dan l-isport.

Wayne Borg, f’isem DTX Projects ippreżenta t-trofej lill-parteċipanti.

Sport