Saturday, April 20, 2024

Proposti biex ikun aġġornat il-proċess parlamentari

Glenn Bedingfiled maħtur f'isem il-grupp parlamentari tal-gvern

Aqra wkoll

Il-Prim Ministru Robert Abela ħatar lill-Onorevoli Glenn Bedingfield biex f’isem il-grupp parlamentari tal-gvern jikkordina proċess ta’ tfassil ta’ proposti li jaġġornaw l-istanding orders tal-Parlament Malti.

Il-Gvern għandu mandat biex ikompli jimmodernizza s-sistema parlamentari ta’ pajjiżna u t-tħaddim tal-istanding orders huwa mod ieħor kif il-parlament jista’ jsir iktar effiċjenti, effettiv u modern f’ħidmietu.

Il-pakkett ta’ proposti, li se jħares lejn l-aspetti kollha, imbagħad ikunu diskussi fil-fora parlamentari bil-pożizzjoni tal-grupp parlamentari tal-gvern tkun dik riflessa minn dan il-proċess dettaljat.

Sport