Friday, February 21, 2025

Hockey: Qormi jdawru telfa f’rebħa kontra GREE Żurrieq Wolves Hotsticks

Aqra wkoll

Qormi Daikin dawru telfa f’rebħa wara li għelbu lil GREE Żurrieq Wolves Hotsticks 3-2 f’logħba ferm interessanti.

Iż-Żrieraq kienu qed jirbħu 2-0 sa tmiem l-ewwel quarter għalkemm mit-tieni quarter ‘l hemm, il-Qriema bdew ġejjin u wara li naqqsu l-iskor u ġabu d-draw, saħansitra wasal il-gowl tar-rebħa.

Carmine Francese u Christ Agius fetħu vantaġġ doppju għal Żurrieq filwaqt li doppjetta ta’ Kyle Micallef u gowl ieħor ta’ Shaun Dimech għamlu l-iskor 3-2 għal Qormi Daikin.

Umpires kienu Karl Chircop u Paul Brincat.

Fil-kampjonat ta’ taħt is-16-il sena, Marsaskala Heat għelbu lil Floriana Young Stars 5-0.

Kyron Carabott skorja doppjetta għall-Iskalin filwaqt li Damian Lupu, Alessandro Piscopo u Eyan Toledano għaqqdu l-iskor għat-tim tagħhom.

Umpires kienu Keith Bajada u Oscar Toledano.

Fil-kampjonat ta’ taħt l-14-il sena, De La Salle Young Stars għelbu lil Qormi Daikin 8-0.

Dean Spiteri u Gabriel Cordina skorjaw tripletta kull wieħed filwaqt li Matteo Vella u Luke Pisani komplew bir-rebħa kbira tat-tim tagħhom.

Umpires kienu Oscar Toledano u Dario Cacopardo.

Marsaskala Heat ukoll kisbu rebħa kbira wara skor ta’ 11-0 kontra GREE Zurrieq Wolves Hotsticks.

Liam Carabott kien awtur ta’ erba’ gowls filwaqt li Nathan Lauri skorja tripletta. Eyan Toledano u Asif Akram skorjaw erba’ gowls oħra bejniethom sabiex irreġistraw dan l-iskor kbir.

Umpires kienu Karl Chircop u Oscar Toledano.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport