Friday, May 3, 2024

Hockey: Qormi u Floriana fil-finali tan-Knock-Out

Aqra wkoll

Gree Sliema Hotsticks……..2

Qormi Daikin…………………3

Qormi Daikin kisbu post fil-finali tal-kompetizzjoni Knock-Out tal-Hockey meta b’mod drammatiku għelbu liċ-champions il-ġodda Gree Sliema Hotsticks 3-2.

Sa ċertu punt din kienet vendetta sportiva min-naħa tal-Qriema li tilfu x-xettru ta’ champions wara r-rebħ tal-kampjonat mill-istess Slimiżi.

Il-Blues bdew bl-aħjar mod possibbli hekk kif rebħu l-ewwel żewġ quarters sabiex stabilixxew vantaġġ ta’ 2-0. Wara dro ta’ mingħajr gowls fit-tielet quarter, kienu l-Qriema li rnexxielhom idawwru telfa f’rebħa sabiex rebħu r-raba’ quarter 3-0 għal skor kumplessiv ta’ 3-2.

Ayrton Falzon skorja doppjetta għall-Qriema b’Matthijs Bartelts iżid ieħor għat-tim tiegħu.

Sliema kienu marru fil-vantaġġ grazzi għal Alessandro Amore u Chris Agius.

Gree Sliema Hotsticks: Nathan Julian Cardona, Ryan Dalli, Luke Brincat, Luca Runza, Shaun Grima, Ryan George, Sean DeMarco, Silas Plaehn, Christian Sammut, Julian Zahra, Jonathan Borg, Karl Borg, Alessandro Amore, Christ Agius, Charlo Sammut, Emile Borg, Lukas Plaehn, Alex Bolton.

Qormi Daikin: Shamison Mifsud, Joseph Cuschieri, Clayton Gatt, Matthijs Bartelts, Zachary Degiovanni, Ayrton Falzon, Steve Tanti, Aaron Spiteri, Juan Sarcia, Duncan Edwards, Daniel Ellul, John Williams, Keith Calleja, Axel Cauchi, Luke Bajada, Shawn Dimech, Kurt Grixti, Nathan Pace Gasan.

Umpires: Luke Busuttil Leaver, Shawn Mifsud.

Trust Payments Floriana Young Stars…..2

White Hart ……………………………………….0

Trust Payments Floriana Young Stars batew aktar milli mistenni sabiex għelbu l-isfida denja li tawhom White Hart bl-iskor ta’ 2-0. Dawn tal-aħħar lagħbu l-aqwa logħba tal-istaġun fejn iddefendew sa snienhom u bdew itellgħu kontrattakki lejn il-lasti Furjaniżi.

Wara li fl-ewwel tliet quarters ma ġie skorjat l-ebda gowl, Floriana għafsu lill-avversarji aktar fir-raba’ quarter u kellhom ikunu Anton Saliba u Mark Camilleri li skorjaw il-gowls l-aktar importanti li tawhom il-passaġġ għall-finali.

Trust Payments Floriana Young Stars: Waylin Abdilla, Marvin Grixti, Mark Camilleri, Chris Bonello, Jimena Otero, Clive Williams, Karl Chircop, Andrea Curmi, Justin Farrugia, Luke Borg Costanzi, Julian Farrugia, Deemer Rapinett, Nathan Zammit, Verner Cachia, Anton Saliba, Leon Gatt.

White Hart: Karl Borg, Stephen Micallef, Paola Calleja, David Agius, Thomas Attard, Luke Dimech, Carl Tua, Kevin Micallef, Oliver Millard, Peter Medawar, Tristan Grixti, Glen Bonello, Oscar Toledano Martin, Matthew Buhagiar, Keith Scicluna, Simon Kemp.

Umpires: Manuel Imbroll, Paul Brincat.

Sadanittant il-finali bejn Qormi Daikin u Trust Payments Floriana Young Stars se tintlagħab nhar il-Ħadd li ġej fil-kumpless tal-hockey f’Kordin u tibda fl-10am.

Sport