Saturday, April 20, 2024

Il-bejgħ ta’ Chelsea jista’ ma jsirx

Aqra wkoll

Il-Gvern Ingliż jinsab imħasseb li x-xiri tal-club ta’ Chelsea għal £4.25 biljuni jista’ jisfaxxa minħabba  nuqqas ta’ kunsens dwar id-dħul minn kwalunkwe bejgħ.

Għaldaqstant hemm biżgħa kbir li dan il-bejgħ ma jilħaqx isir saż-żmien stipulat, jiġifieri sa 12-il ġurnata oħra, biex eventwalment il-club tal-Pensioners jiddikjara falliment. 

Chelsea kienu laħqu ftehim ma’ konsorzju ffinanzjat minn ekwità privata mmexxija mill-investitur Amerikan Todd Boehly, ko-proprjetarju tat-team tal-baseball LA Dodgers.

Il-club minn Londra tpoġġa għall-bejgħ qabel ma s-sid Roman Abramovich ġie sanzjonat għall-allegati rabtiet tiegħu mal-president Russu, Vladimir Putin, wara l-invażjoni tal-Ukrajna.

Madankollu l-club ta’ Chelsea qed juri tħassib serju  li l-oligarka Russu kien lest iħalli lill-club f’telf finanazjaru fuq allegat “rifjut li jaqbel ma’ struttura ta’ bejgħ li tagħti fiduċja lill-gvern li d-dħul kien se jmur għal kawża tajba”.

Sport