Monday, December 9, 2024

Howard, Napoleon u Falzon huma l-BOV Players tax-Xahar ta’ Ottubru

Aqra wkoll

Il-Barrani l-ġdid ta’ Luxol Darren Howard huwa l-BOV Plejer tax-Xahar tal-Basketball għal Ottubru 2024. Mikaila Napoleon, ukoll plejer ġdida ta’ Starlites rebħet l-unur għall-kompetizzjonijiet tan-Nisa filwaqt li Miguel Falzon, ukoll minn Starlites, kiseb l-unur individwali għal Ottubru fil-kampjonat Amateur.

Il-Guard ta’ 6’2” Darren Howard ingħaqad ma’ Luxol mill-King University Tornadoes fl-Istati Uniti u immedjatament ħalla impatt bil-logħob offensiv tiegħu. Darron kellu medja ta’ 40.5 punti kull logħba (162 punt f’4 logħbiet), 60 punt ġejjin minn 20 tripletta. Barra min hekk kellu woll 34 rebound, 27 assist u 13-il steal bi trippla doppja miksuba kontra Athleta. Dawn inkisbu fejn Howard lagħab medja ta’ 37.05 minuta kull logħba.

Mikaila Napoleon ta’ Starlites gradwat mill-Università William Jessup aktar kmieni din is-sena qabel ma ġiet tilgħab Malta. L-attakkanta ta’ 5’11” huwa b’saħħitha ħafna taħt il-boards b’27 rebound f’isimha mas-70 punt tagħha matul Ottubru 2024 (23.3 punti għal kull logħba).

Il-point guard ta’ 5’8” Miguel Falzon qed jibni statistika b’saħħitha fid-Diviżjoni BOV Amateur b’57 punt minn 4 logħbiet ikkumplimentati bi 33 rebound, 13-il assist u 14-il steal b’100% 12/12 mil-linja tal-freethrows fir-rebħa ta’ 92 – 80 għal Starlites fuq Pieta Tamaraw.

Ernest Agius, Chief Operations Officer tal-Bank of Valletta ppreżenta lir-rebbieħa bi trofew kommemorattiv għall-kisba tagħhom. Il-Bank of Valletta jkompli jappoġġja inizjattivi sportivi f’Malta bħala parti mill-impenn tiegħu lejn komunità aktar b’saħħitha li fiha jopera permezz ta’ promozzjoni ta’ stil ta’ ħajja aktar attiva. Din is-sena, il-Bank of Valletta u l-Malta Basketball Association qed jiċċelebraw il-50 u s-60 Anniversarju tagħhom rispettivament u jkomplu jikkollaboraw għall-ġid tal-isport.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport