Saturday, December 21, 2024

“Ħsadtna bit-telfa tiegħek”… titħabbar il-mewt tal-attur John Mansueto

Aqra wkoll

Bosta jinsabu maħsuda hekk kif fl-aħħar ħin ingħatat l-aħbar li ħalla din id-dinja l-attur John Mansueto.

“Wieħed mill-cast li kellhi l-privileġġ nidderieġi u naħdem miegħu ħalla din id-dinja. Strieħ fis-sliem ħabib tiegħi. Qatt ma ninsa kull mument li kelna flimkien,” kiteb il-ħabib tiegħu Redeemer Galea.

Filwaqt li taw il-kondoljanzi lill-familjari tiegħu, bosta ddeskrivewh bħala attur mill-aqwa. Huwa fil-fatt ħa sehem f’bosta programmi televiżivi u produzzjonijiet teatrali.

Il-funeral tiegħu se jsir nhar il-Ħamis fid-9.00a.m. ġewwa l-knisja ta’ Santa Katerina fiż-Żejtun.

Ekonomija

Sport