Friday, July 19, 2024

HSBC Malta jorganizza attività festiva u sajfija fil-Palazz tal-Verdala

Aqra wkoll

HSBC Malta, għadu kemm iċċelebra 25 sena ta’ suċċessi u kisbiet permezz tal-attività annwali u soċjali li kienet organizzata għall-impjegati kollha, li din is-sena saret fil-Palazz ta’ Verdala, nhar it-28 ta’ Ġunju li għadda. Bħal kull sena, għal din l-attivitá jkun hemm stennija kbira, hekk kif l-organizazzjoni tkun fdata f’idejn il-Kumitat Sportiv u Soċjali. Permezz ta’ din l-attivitá b’differenza, l-impjegati kollha ta’ HSBC f’Malta, iltaqgħu flimkiem għal serata ta’ mużika u divertiment, f’ambjent amikevoli u ta’ ħbiberija.

Il-Palazz storiku tal-Verdala, li jinstab fil-Buskett, offra sfond mill-isbaħ, b’xenarju li kien idejali għal din il-lejla festiva. Kif mistenni, l-impjegati setgħu jgawdu minn serata attraenti, u li tat pjaċir kbir lil kulħadd, f’atmosfera vibranti.

Il-qofol ta’ din is-serata b’differenza kien fil-mument li l-Orkestra Musea, taw xogħol mużikali tal-għola livell lill-udjenza preżenti. Ilum il-ġurnata din l-orkestra saret fost l-aktar popolari li għadna fi’Malta, u hija magħrufa għall-kunċerti enerġetiċi u l-ħoss orkestrali uniku tagħha.

L-esebizzjoni mużikali tagħhom mhux biss laħqet l-aspettattiva ta’ dawk preżenti iżda kompliet issebbaħ u tferraħ lil dawk li attendew. Grazzi għal din il-mużika, dawk preżenti komplew jidħlu f’spirtu u burdata mill-aqwa, f’dik li indubjament kienet attivitá f’lejla li se tkun diffiċli biex xi darba tintesa.

Iżda dan mhux kollox. Il-mistieden speċjali għal din l-attivitá indipentikabbli kien il-kantant Aidan, li bl-istil mużikali tiegħu kompla jżid l-eċitament, grazzi għall-wirja mużikali mill-aqwa li ħalliet lil kulħadd f’ewofirja u spirtu ferrieħi.

Din is-serata kienet xhieda tal-komunità b’saħħitha u l-ispirtu tat-tim ħabbrieki fi ħdan l-organizzazzjoni. Il-Kumitat Sportiv u Soċjali għamel aktar milli kien mistenni minhu fl-organizazzjoni ta’ dan l-avveniment, li mhux biss iċċelebra l-kisbiet tal-bank iżda rawwem ukoll sens qawwi ta’ għaqda u kburija fost dawk kollha li attendew.

Fit-tmiem ta’ din l-attivitá ta’ suċċess, dawk preżenti ħadu magħhom diversi memorji sbieħ. Fl-istess waqt ġeddew l-enerġija tagħhom biex flimkien mal-bqija tal-kollegi f’HSBC Malta, jkomplu jiksbu aktar suċċessi fil-futur.

“Din kienet serata speċjali u mill-isbaħ, u kienet isbaħ għall-fatt li flimkien ċċelebrajna l-25 sena ta’ kisbiet f’Malta u f’Għawdex, bħala tim wieħed. Barra minn hekk, l-ambjentazzjoni li għażilna, dik tal-Palazz Verdala kienet waħda maġika, u li flimkien mal-presentazzjonijiet mużikali li tant spikkaw, din kienet l-aqwa opportunitá biex ilkoll flimkiem, f’armonja mill-isbaħ, ningħaqdu u niċċelebraw is-suċċessi kollettivi tagħna. Għaldaqstant, dan l-avveniment tassew enfasizza r-rabta b’saħħitha li naqsumu bħala tim f’HSBC Malta,” tenna l-Kap Eżekuttiv ta’ HSBC Malta, Geoffrey Fichte.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport