Saturday, July 20, 2024

L-Arġentina fil-finali tal-Copa America

Aqra wkoll

L-attakkant ta’ Inter Miami Lionel Messi ispira lill-Arġentina għall-finali tal-Copa America b’reb­ħa ta’ 2-0 fuq il-Kanada.

Il-player ta’ 37 sena skorja sitt minuti mill-ftuħ tat-tieni taqsima biex irdoppja għall-Albiceleste meta kompla għal ġewwa tentattiv ta’ Enzo Fernandez.

Kien l-attakkant ta’ Manchester City, Julian Alvarez, li fit-22 minuta, fetaħ l-iskor għall-holders meta kkonnettja l-pass ta’ Rodrigo de Paul, avvanza u xeħet fix-xibka … biex issa jimmiraw li jirbħu din il-kompetizzjoni għas-16-il darba. 

Il-finali se tkun l-aħħar dehra ta’ Angel di Maria għall-Arġentina qabel jirtira mit-team nazzjonali u hemm dubji wkoll dwar il-futur ta’ Messi.

“Ejja ngawdu dak li qed nesperjenzaw bħala team nazzjonali, bħala grupp. Mhux faċli li terġa’ tkun f’finali, li terġa’ tikkompeti biex tkun champions,” qal Messi.

Perżo, il-Kanadiżi, li qed jieħdu sehem għall-ewwel darba f’din il-kompetizzjoni setgħu fetħu l-is­kor, wara kwarta logħob, meta Jacob Shaffelburg tela’ waħdu iżda falla ċans tad-deheb.

Imbagħad, fil-ħin miżjud tal-ewwel taqsima, Jonathan David naqas li jikseb id-draw meta minn qagħda ideali xxuttja ċentrali. 

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport