Tuesday, December 24, 2024

Il-Papa jwissi biex l-omeliji fil-quddies ma jkunux twal u monotoni

Nirayl Grech
Nirayl Grech
Ġurnalista

Aqra wkoll

F’laqgħa li kellu ma’ studenti tal-kors dwar il-liturġija, Papa Franġisku qal li ċertu omeliji ta’ qassisin jistgħu jitqiesu bħala diżastru.

Fl-istess diskussjoni li saret mal-istudenti, huwa qal li wieħed mill-irwolijiet ta’ saċerdot għandu jkun li joqgħod attent x’tip ta’ omelija jagħmel. Huwa saħaq li l-omelija għandha tinżamm qasira, filwaqt li ma’ għandhiex tinbidel f’lezzjoni tal-filosofija.

Fil-passat Papa Franġisku kien qal li dan il-parir mhuwiex għall-qassisin f’sitwazzjonijiet fejn hu diffiċli tmur il-quddiesa. Hemm diversi familji minn mad-dinja kollha li jkollhom jivvjaġġaw sigħat jew ġranet sħaħ biex jirċievu l-Ewkaristija. F’dawk il-każi, il-quddiesa spiss tkun aktar intensa u l-omeliji normalment ikunu itwal mis-soltu.

Ekonomija

Sport