Tuesday, April 23, 2024

Sentenza sospiża għal Somalu ta’ 19-il sena li seraq għax kien bil-ġuħ

Nirayl Grech
Nirayl Grech
Ġurnalista

Aqra wkoll

Żagħżugħ li m’għandux saqaf fuq rasu wieġeb li hu ħati fil-Qorti li seraq oġġetti tal-ikel minn ħwienet biex ikollu x’jiekol. Is-Somalu ta’ 19-il sena ġie kundannat għaxar xhur ħabs sospiżi għal tliet snin.

Huwa tressaq il-Qorti nhar il-Ġimgħa 20 ta’ Jannar quddiem il-Maġistrat Caroline Farrugia Frendo mill-Ispettur Andrew Agius Bonello. Fil-Qorti huwa wieġeb li hu ħati għal l-akkużi miġjuba kontrih. L-avukat tas-Somalu David Bonello, qal li dan it-tip ta’ serq kien wieħed sempliċi. Ingħad li huwa seraq wraps, tonn taż-żejt u yoghurt sabiex ikollu x’jiekol. L-avukat sostna li l-ħabs ma’ kienx is-soluzzjoni, minħabba l-fatt li s-Somalu xorta m’għandux saqaf fuq rasu.

Fil-Qorti nstema’ li ż-żgħażugħ kien akkużat li seraq minn żewġ ħwienet differenti, wieħed f’Ħal Balzan u l-ieħor f’Birkirkara. Huwa kien akkużat ukoll li seraq mowbajl.

Il-Prosekuzzjoni flimkien mad-difiża, ħadu d-deċiżjoni li s-sentenza sospiża tkun piena xierqa fiċ-ċirkostanzi. Il-Qorti ddifferit l-każ għas-sentenza għal din il-ġimgħa u laqat it-talba tal-partijiet biex is-sentenza ma tkun waħda ta’ ħabs effettiv.

Sport