Wednesday, July 24, 2024

Ian Zammit jirbaħ il-plejer tas-sena tal-VMFA

Aqra wkoll

L-attakkant ta’ Gżira United Veterans Ian Zammit rebaħ l-unur tal-plejer tas-sena tal-Veterans Malta Football Association.

Zammit, li għandu 37 sena u li fil-karriera tiegħu lagħab ma’ Valletta, Mosta, Sliema Wanderers, Marsa, Sirens u Qrendi, kien determinanti sabiex Gżira United Veterans jispiċċaw fiċ-Championship Pool. Apparti minn hekk hu spiċċa bħala l-aqwa skorer tal-VMFA Cisk Premier League b’40 gowl.

Sadanittant il-plejer ta’ MFPA Gareth Sciberras spiċċa fit-tieni post filwaqt li Michael Galea ta’ Luxol temm fit-tielet post.

Ekonomija

Sport