Wednesday, July 24, 2024

Daniel Bajada jirbaħ il-kampjonat nazzjonali tat-table tennis

Aqra wkoll

Daniel Bajada rebaħ il-kampjonat nazzjonali individwali tat-table tennis wara li għeleb lil Luke Bonello 4-2 f’finali mill-isbaħ.

Bajada kellu mixja konsistenti tul dan il-kampjonat u kellu rebħiet tajbin fil-fażi eliminatorja. Fil-fatt fil-kwarti tal-finali hu għeleb lil Andrew Gambina 4-0 sabiex fis-semifinali hu rreġistra l-istess skor kontra Conrad Puli.

Wara dawn ir-riżultati li kiseb, Bajada jinsab fl-ewwel post tar-rankings. Dan kien staġun mill-aqwa għal dan il-plejer Malti wara li lagħab fit-Tazza Ewropea ma’ MITTC u kompetizzjonijiet internazzjonali organizzati mill-ETTU (European Table Tennis Union).

Matul dan tmiem il-ġimgħa saru wkoll il-kompetizzjonijiet tad-doubles u anke hawn Daniel Bajada kiseb suċċess flimkien ma’ Andrew Gambina li għelbu lill-koppja Maltija Gabriel Grixti u Conrad Puli 3-2.

Ekonomija

Sport