Wednesday, July 24, 2024

Premier League Ingliż: Pass minn Aston Villa lejn il-UCL

Aqra wkoll

Aston Villa u Liverpool qasmu sitt goals fi draw ta’ 3-3 f’Villa Park bil-Villans jersqu pass ieħor lejn post fiċ-Champions League fl-istaġun li ġej meta rrifjutaw li jaċċettaw telfa anke meta kienu 3-1 minn taħt sa ħames minuti mit-tmiem.

Kienu Liverpool li fetħu l-iskor minn auto-goal tal-goalkeeper Emiliano Martinez (2) iżda Yuri Tielemans (12) kiseb id-draw. Ir-Reds għamlu pass kbir lejn ir-rebħa b’goals minn Coady Gakpo (23) u Jarell Quansah (48).

U meta deher li l-logħba hija mitlufa għall-Villa, Jhon Duran (85 u 88) skorja doppjetta biex ta punt prezzjuż lit-team ta’ Unai Emery u lill-artist ta’ Hollywood, Tom Hanks, li huwa partitarju kbir tat-team tal-Midlands tant li anke kien preżenti f’Villa Park.

Ekonomija

Sport