“Mike” hu r-raġel li qiegħed jallega li mar jgħix fis-sena 3700 u jaf eżatt x’se jiġri f’dik is-sena. Skont hu għal xi żmien irnexxielu jmur jgħix f’dik is-sena fejn esperjenza affarijiet tal-biża’ fejn anke allega li dik hija s-sena li l-umanità se tinqered fi ġlieda kbira mar-robots.
Ir-raġel allega li hu mar lura lejn Settembru tal-3700 u ra b’għajnejh li l-Inteliġenza Artifiċjali tant kemm kienet kbira li r-robots iddeċidew li jibdew gwerra kontra n-nies.
Din il-gwerra – dejjem skont “Mike” – bdiet fl-20 ta’ Settembru tal-3700.
“Il-gwerra bejn in-nies u l-kreaturi Artifiċjali kienet kbira wisq. Ir-robots indunaw li għal dawn is-snin kollha huma kienu skjavi tan-nies, iżda bl-inteliġenza kollha li akkwistaw tul dawn is-snin iddeċidew li jibdew gwerra biex b’hekk jikkontrollaw id-dinja,” allega “Mike”.
Skont l-istess persuna, fl-20 ta’ Settembru tal-3700, 30% tal-popolazzjoni tad-dinja se tinqered hekk kif ir-robots iqumu kontra n-nies għax “ma felħux aktar li jkunu skjavi”.
Jacob Coxon, eks riċerkatur tal-AI meta mitlub jikkummenta dwar dak li allega “Mike” qal li “hu fatt magħruf li n-nies jafu eżatt kif jikkontrollaw l-armi nukleari, iżda kif qiegħda tiżviluppa l-Inteliġenza Artifiċjali mhux qegħdin ikunu kapaċi jikkontrollawha u għalhekk mhux sorpriżi li fis-snin li ġejjin l-AI tant tikber li tkun ta’ theddida għan-nies.
Coxon kompla jgħid li “n-nies li qegħdin jiżviluppaw l-AI jafu u jemmnu li bir-rittmu li qiegħda tikber din se tkun qiegħda toqtol lin-nies…”
Intant, “Mike” jgħid li meta kien jgħix fil-futur diversi mexxejja tad-dinja ma baqgħux jibnu u jinvestu fl-armi, iżda kienu qegħdin jinvestu fl-AI bħala armi tal-gwerra. Għalhekk skont “Mike” r-robots indunaw li huma kienu “vittmi” tan-nies u ribellaw kontrihom.

