Fl-istadium Olimpiku ta’ Kabul fl-aħħar jiem inqatel mara – omm ta’ sebat itfal – quddiem 30,000 spettatur. Kienet xena makabra ħafna, iżda l-grupp tat-Talibani ordnaw lill-pubbliku jmorru hemm jaraw lil din l-omm tinqatel.
L-omm ta’ 35 sena kienet imġiegħa tinżel mal-art fejn it-talibani sparaw lejha diversi bullets biex tinqatel. Mal-udjenza kien hemm uliedha wkoll li ma setgħu jagħmlu xejn.
Jirriżulta li l-mara ġiet akkużata li kienet qatlet lill-żewġha hekk kif mal-ikel tagħtu l-velenu. Persuni li jitkellmu għad-drittijiet tal-bniedem, filwaqt li kkundannaw dak li wettqet il-mara qalu li hija għamlet dak li għamlet minħabba li ma felħitx aktar lir-raġel tagħha wettaq abbużi kontinwi fuqha u fuq uliedha.
Qalu li l-mara kienet imġiegħa tiżżewweġ lir-raġel tagħha u mill-ewwel ġurnata bdew is-swat fuqha. Xtrat sebat itfal u dawn ukoll kienu spiċċaw vittmi ta’ vjolenza domestika kbira.
Jirriżulta li żewġha kien uffiċjal tal-Pulizija u għalhekk kellu l-protezzjoni kollha tat-Talibani għal dak li kien qiegħed iwettaq fuq martu u wliedu.
Mingħajr ma ngħatat iċ-ċans li tgħid il-verżjoni tagħha, il-mara ġiet ikkundannata għall-mewt, iżda sakemm din tinqatel kellha tingħata ħafna torturi fil-ħabs fejn kienet qiegħda tinżamm.

