Bħal kull sena, il-GWU ħadet senem fil-Pride March. Is-Segretarju Ġenerali tal-GWU, Kevin Camilleri iddikjara li l-parteċipazzjoni tal-GWU hi konformi mal-valuri li dejjem ħdimna għalihom fid-dinja tax-xogħol u mal-viżjoni tagħna ta’ kif irridu li jkun pajjiżna.”
Camilleri sostna li l-GWU temmen f’pajjiż aktar inklussiv, aktar ħanin u aktar tolleranti, fejn kull persuna tkun rispettata u fejn tkompli ssir ħidma biex titneħħa l-istigma u d-diskriminazzjoni fil-konfront tal-minoranzi.

