Wednesday, May 8, 2024

Ibburdjar: Jitħejjew biex jibdew!

Aqra wkoll

L-ewwel minn sensiela ta’ tiġrijiet ta’ kwalifikazzjoni biex jiġi stabbilit min eventwalment se jirbaħ post  fuq l-Enemed Malta-Sicily Windsurf  Crossinġ  – Edizzjoni  Kommemorattiva tal-

40   Anniversarju   (1982-2022) se   ssir   is-Sibt   5   jew   il-Ħadd   6   ta’   Frar   –  skond   il- kundizzjonijiet  tat-temp.   It-tluq u t-tmiem ta’  din  it-tiġrija  ta’  kwalifikazzjoni,  li  għandha bidu fl-10 ta’ filgħodu, se jkunu minn Il-Bajja tax-Xama’ f’San Pawl il-Baħar.

Huwa ppjanat li jkun hemm ħames kompetituri f’dan l-Avveniment Kommemorattiv. Tnejn minn dawn se jkunu windsurfers ‘veterani’, tnejn se jkunu ‘new comes’, u l-ħames post fil- line-up  tal-Avveniment  se  jmur  għall-board-baħri  barrani,  li  simbolikament  se  jkun  qed jirrappreżenta lill-windsurfers barranin li matul is-snin ( 1984-1994, 2004) ipparteċipaw fl- International   Malta-Sicily   Windsurf   Race.   Tnejn   mill-isfidanti   qawwija   fil-kategorija tal-‘veterani’ huma Paul Ellul, wieħed miż-żewġ  protagonisti  tal-ewwel Windsurf  Crossing Sqallija-Malta  fl-1982,  u  Jean  Paul  Fleri  Soler  li  fl-ewwel  edizzjoni  tat-tiġrija  tal-1984, waqqaf Ħin Rekord. ta’ 5hrs 56mins 35sec, ħin li qatt ma kien ikkontestat fil-medda 1984-

1994 tal-Avveniment,

It-tiġrijiet ta’ kwalifikazzjoni qed jiġu promossi u organizzati minn Wishbone Windsurfinġ Promotions  flimkien  mal-Malta  Younġ  Sailors  Club  li  qed  jipprovdu  lill-ekwipaġġ  espert tagħhom fit-tmexxija tal-programm ta’ kwalifika.

Sport