Fid-debutt tagħhom f’waħda mill-eqdem tiġrijiet fil-Mediterran – il-Malta to Syracuse Offshore Race – il-jott Jubatus ta’ Sean Borg ġabet lura numru sostanjzali ta’trofej meta kienu l-ewwel dgħajsa li spiċċaw it tellieqa u l-ewwe jott fuq ħin korret. It-trofej li ħabu lura kienu jinkludu l-RMYC IRC Trophy – rebbieħ ġenerali tal-IRC, l-Easy Perfection Trophy ippreżentat lir-rebbieħ ġenerali fil-Klassi ORC u l-RMYC Trophy għall-ewwel Dgħajsa Maltija fl-IRC.
Il-Malta – Syracuse Offshore Race, organizzata mir-Royal Malta Yacht Club u l-Lega Navale Italiana (Sezione di Siracuse), bdiet f’Malta nhar is-Sibt. Il-bidu tat-tellieqa ta’ 80 mil nawtiku jalterna kull sena, b’din is-sena tispiċċa f’Sirakuża.
It-tiġrija bdiet ftit ‘il barra minn Tigne Point, fejn madwar tletin dgħajsa kellhom korsa sa baga, segwita minn korsa dritta lejn Siracusa. Il-kundizzjonijiet tar-riħ fil-bidu kienu ħfief b’riħ mit-Tramuntana, li laħaq madwar sitt mili nawtiċi fis-siegħa. Dawn il-kundizzjonijiet baqgħu jippersistu għall-ewwel parti tat-tellieqa.
Jubatus ta’ Sean Borg ħadu l-vantaġġ fejn stabbilixxew distakk komdu quddiem il-jott Vivace ta’Andrew Agius Delicata u Matthew Gabriele u Donna Rosa 2 ta’ Riccardo Schininà. Ir-riħ qabad iżid qrib Capo Passero, fejn ippermetta lil Jubatus jiksbu aktar mili vantagg fuq il-flotta. Transizzjoni tar-riħ qrib it-tmiem rat lil Jubatus jonqos il-veloċita tagħha iżda xorta waħda setgħu jieħdu r-rebħa.
“Din kienet l-ewwel darba li l-jott Jubatus għamlet din it-tellieqa. Filwaqt li t-tim tas-soltu ma kienx disponibbli ngħaqadna ma’ baħrin oħra. Kellna bidu tajjeb, fejn konna l-ewwel mill-bidu tat-tellieqa. Minħabba riħ ħfief fl-aħħar fisser li ma stajniex nirbħu r-rekord tal-korsa, iżda nerġgħu nippruvaw is-sena d-dieħla.” Stqarr b’entużjażmu Sean Borg, kaptan ta’ Jubatus.
It-tieni dgħajsa fil-post kienet Vivace, fejn Andrew Agius Delicata u Matthew Gabriele tellqu double handed. Lartista ta’ Anton Calleja, spiċċa fit-tielet post. Fis-Sezzjoni tal-Cruisers , Dimm ta’ Kevin Pisani Zammit rebaħ il-kategorija segwit minn Janissah ta’ Mario Debono.
“Il-Malta – Syracuse Race tkompli tattira flotta varjata – minn veterani tat-tellieqa bħal – Capitano Corragiosi – li rebaħ it-trofew tat-tellieqa fl-2008 u spiċċat fit-tielet post fl-ORC għal Jubatus li għamlet l-ewwel dehra tagħha u diġà ħalliet il-marka tagħha fuq l-istorja tat-tellieqa. Il -Club tagħna u l-Lega Navale Italiana ta’ Siracusa għandhom ħbiberija twila u t-tnejn nistennew bil-ħerqa l-appuntament annwali tagħna f’Lulju” ikkummenta David Cremona, Commodore, Royal Malta Yacht Club.
It-tim tar-Race Management għall-bidu tat-tiġrija kienu mmexxija minn Martin Azzopardi, li kien assistit minn Michelle Caruana. Id-dmirijiet ta’ tqegħid tal-marki saru minn Arthur Van Der Deijl u Guy Baranyay.