Thursday, May 7, 2026

IBBURDJAR: Ton Ton Laferla Tirbaħ l-Paymix Pro Ragusa Weekend

Aqra wkoll

Il-jott ta’ Jonathan Gambin – Ton Ton Laferla Insurance – kompliet turi li hi waħda mill-awqa timijiet fil-kalendarju tat-tlielaq tal-ibburdjar tar-Royal Malta Yacht Club, meta għal darb’oħra hi kisbet l-unuri fil-Paymix Pro Ragusa Weekend.

Ton Ton Laferla rebħet iż-żewġ tlielaq – waħda minn Malta għal Ragusa kif ukoll ir-ritorn minn Ragusa.

Fil-Klassi RMYC Club Class, il-jott Big Star li kienet qeda titellaq double handed minn Sandro Musu u Sue Busuttil, ħadu l-unuri overall meta huma kisbu t-tieni u l-ewwel post fit-tellieqa lejn, u minn Ragusa.

L-Ewwel Tellieqa — Malta lejn Ragusa

Seba u għoxrin jott ħadu sehem f’kundizzjonijiet mill-grigal, b’riħ bejn forza 5 u 6, u b’imbatt kemm xejn qawwi ġewwa l-port ta’Marsamxett.

Ton Ton Laferla Insurance kienet fuq quddiem fil-bidu tat-tellieqa ta’ 52.2 mili nawtiċi lejn Ragusa, qabel mal-jottijiet tal RMYC Club Class Otra Vez (Aaron Gatt Floridia) and Xpalidocious (David Pizzuto) resqu l-quddiem.  Otra Vez kienet l-ewwel jott li spiċċat it-tellieqa, segwita minn Xpalidocious u Ton Ton Laferla.

Meta r-riżultati nkitbu fuq ħin korrett, Ton Ton Laferla Insurance kisbet ir-rebħa tal-Klassi IRC. Il-jott Stella R ta’ Steve Carter spiċċat fit-tieni post, filwaqt li l-jott Calypso, ta’ Sebastian Ripard spiċċat fit-tielet post.

Fil-klassi RMYC Club, it-tellieqa ġiet mirbuħa minn Game Changer, li ukoll kienet qeda tittellaq double handed minn Edmund Glaister and Joseph Muscat. Dan kien id-debutt għal din il-jott f’tellieqa tal-RMYC. Big Star (Sandro Musu and Sue Busuttil) spiċċat fit-tieni post, filwaqt li Xpalidocious kisbet it-tielet post.

It-Tieni Tellieqa — Ragusa lejn Malta

It-tellieqa tar-ritorn minn Ragusa bdiet f’kundizzjonijiet tajbin b’riħ mill-punent li żdied matul il-ġurnata. Għal darb’ohra Otra Vez kienet l-ewwel jott li spiċċat it-tellieqa, segwita mill-viċin minn Ton Ton Laferla Insurance, Blue Kairos (Horst Huesley) u Xpalidocious.

Riżultati a bażi ta’ħin korrett raw lil Ton Ton Laferla Insurance tirbaħ il-Klassi IRC, segwita minn Calypso u Sailway (Ray Schembri) fit-tieni u tielet post rispettivament.

Fil-Klassi RMYC Cruiser, Big Star rebħet it-tellieqa, b’Otra Vez tispiċċa fit-tieni post.  Xpalidocious reġħat kisbet it-tielet post wara tmiem il-ġimgħa konsistenti.

Riżultati Overall

Fil-Klassi IRC – Ton Ton Laferla Insurance b’skor perfett ta’ żewġ rebħiet kisbet t-titlu Overall, segwiti minn Calypso u Sailaway.

Fik-Klassi RMYC Club, Big Star rebħet l-unuri segwita minn Otra Vez u Xpalidocious.

“Din il-flotta kienet waħda mill-ikbar flottot li kellna għar-Ragusa Weekend, u kien ta’pjaċir naraw bilanċ tajjeb bejn jottijiet jtellqu fil-kategoriji racing u cruising. Wieħed jinnota wkoll, li t-taħlita ta’ tlielaq u attivitajiet soċjali ġew milqugħa tajjeb mill-parteċipanti, ” stqarr Adrian Gauci Borda, Rear Commodore (Sailing).

Ir-Royal Malta Yacht Club esprimiet il-gratitudni tagħha lejn Paymix Pro għall-appoġġ tagħhom li issa daħal għat-tieni sena, kif ukoll it-tim tal-ġestjoni tat-tlielaq immexxi minn Martin Azzopardi f’Malta u Mark Napier ġewwa Ragusa, kif ukoll lit-tim magħmul minn Grace Azzopardi, Michelle Caruana, Neity Maddock u Tania Steinbeck għall-kontribut tagħhom lejn din l-avveniment.

L-għotji tal-premijiet – ospitata flimkien ma’Paymix Pro ser issir għal parteċipanti u membri, nhar il-Ġimgħa 8 ta’ Mejju ġewwa r-Royal Malta Yacht Club.

It-tellieqa li jmiss ser tkun it-Thos. Smith Triple Handed Race li ser tibda nhar is-Sibt, 9 ta’ Mejju fl-4:30 ta’ wara nofshinar.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport