Monday, December 9, 2024

Ibburdjar: Zhik Double-Handed Figure 8 Race: Elusive 2 Tirbaħ F’Kundizzjonijiet Diffiċli

Aqra wkoll

Waħda mit-tlielaq l-aktar ta’ sfida fil-kalendarju tar-Royal Malta Yacht Club hija ż-Zhik Double Handed Figure 8 Race.

Din it-tellieqa, li jsir kull sena lejn l-aħħar ta’ Novembru, toffri sfida għall-ħiliet ta’ ħafna baħħara esperti, mhux biss għax l-ekwipaġġ hu mgħamul min tnjen min-nies biss, iżda wkoll għax il-kundizzjonijiet tat-temp f’din il-perjodu tas-sena spiss ikunu kkaratterizzati minn riħ qawwi kif ukoll imbatt qawwi jew mewġ kbir.

Din is-sena, id-diviżjoni tal-IRC Racing Class rat parteċipazzjoni ta’ disa’ jottijiet filwaqt li tliet dgħajjes ikkompetew fil-klassi tal-RMYC Cruisers.

Taħt id-direzzjoni tar-Race Officer Martin Azzopardi, il-flotta ngħatat rotta ta’ 85 mil nawtiku li ħadithom lejn l-Aħrax tal-Mellieħa tul il-kosta tal-Lvant ta’ Malta, fejn għaddew mill-fliegu tan-Nofsinhar ta’ Kemmuna, daru ma Għawdex, u reġgħu lura tul il-kosta tal-Punent ta’ Malta sal-port ta’Marsamett, f’kundizzjonijiet ta’ riħ qawwi li laħaq sa 27 mil-nawtiku fis-siegħa mill-Majjistral.

L-ewwel li spiċċaw kienu Elusive 2, ta’  Aaron Podesta u David Anastasi, li mhux biss daħlu l-ewwel iżda rebħu wkoll fuq ħin korrett. Fit-tieni post kien hemm Calypso, ta’  Sebastian Ripard u Fabio Galea, filwaqt li t-tim mgħamul mill-missier u l-iben John Ripard Jnr u Tom Ripard, kisbu t-tielet post fuq Lazy Duck.

It-Tellieqa kienet waħda mill-aktar diffiċli f’dawn l-aħħar snin. Aaron Podesta iddeskriva l-esperjenza hekk: “Id-dgħajsa kienet diffiċli biex tikkontrolla, u kienet prijorità li niżguraw li ma jkunx hemm ħasarat.  Kull manuvra kellha tiġi ppjanata, u kellna nfakkru lilna nfusna li aħna konna biss tnejn abbord.”

Sebastian Ripard esprima sentimenti simili dwar il-prestazzjoni ta’ Calypso, u qal: “Dan kien it-tielet race tagħna (ma Fabio Galea) bħala ekwipaġġ ta’ żewġ persuni, u din it-tellieqa hija waħda mill-favoriti tagħna. Din is-sena, it-temp offra ġurnata fantastika—riħ qawwi, mewġ kbir, u ħafna xemx! Imbuttejna d-dgħajsa sa l-aħħar, imma ma rrnexxilniex nilħqu lil Elusive 2. Iżda ħadna gost immens”.

Tom Ripard, irrifletta fuq it-tellieqa ta’ Lazy Duck, fejn osserva: “Din it-tellieqa dejjem tkun waħda mill-aktar avvenimenti ta’ sfida fil-kalendarju, u nhar is-Sibt ikkonferma  ir-reputazzjoni ta’ din it-tellieqa. Il-kundizzjonijiet kienu diffiċli mill-bidu, imma kienet esperjenza sabiħa li nerġa’ nkun fuq l-ilma flimkien ma’ missieri u flotta kompetittiva daqshekk b’saħħitha.”

Għalkemm il-klassi tal-RMYC Cruisers kienet iżgħar, xorta waħda kienet kompetittiva. Ir-rebbieħa tal-Klassi kienu David Pizzuto u Edward Gatt Florisia fuq l-jott Xpalidocious. Pizzuto iddeskriva t-tellieqa bħala opportunità tajba biex jittestjaw il-jott tagħhom. “Xpalidocious ħadmet b’mod eċċezzjonali, u lestejna l-korsa ta’ 85 mil fi disa’ sigħat biss, qabel ma dalam,” stqarr Pizzuto. “Il-kundizzjonijiet tat-temp kienu ferm iebsa minn dak li stennejna, u tibdil fid-direzzjoni tar-riħ mit-tramuntana għat-tramuntana-lvant ħolqot ukoll sfidi strateġiċi, iżda ħadna gost immens.”

Jikkummenta fuq in-natura ta’ din it-tip ta’ tellieqa, ir- Rear Commodore (Sailing) tal-RMYC Adrian Gauci Borda osserva li: “Din it-tip ta’ tellieqa teħtieġ livell għoli ta’ ħila u esperjenza, għax hija kemm rotta twila kif ukoll iktar ta’ sfida minħabba li l-ekwipaġġ hu mgħamul minn tnejn minn nies biss. Filwaqt li dawk il-jottijiet fuq quddiem kienu mgħamula minn ekwipaġġi b’esperjenza, kien sabiħ naraw varjetà diversa ta’ esperjenzi fuq l-baħar. Din id-diversità żżid dinamika eċċitanti għall-kompetizzjoni u turi l-ispirtu inklużiv tat-tlielaq tal-Club.”

Ir-Royal Malta Yacht Club esprima r-ringrazzjament tiegħu lil RLR Yachting, l-aġenti tad-ditta Zhik, għall-appoġġ kontinwu li ilu mogħti għal ħafna snin.

Is-serata tal-Għoti tal-Premjijiet se ssir nhar l-Erbgħa 27 ta’ Novembru fir-Royal Malta Yacht Club.

L-avveniment li jmiss fil-kalendarju tar-RMYC huwa r-Round Comino Race li se jsir nhar is-Sibt 7 ta’ Diċembru.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport