Friday, May 3, 2024

Iben Francesco Toldo jiddebutta ma’ Padova

Aqra wkoll

Tlettax-il sena wara rritorna plejer li fuq wara tal-flokk għandu l-kunjom Toldo. Fil-fatt Andrea Toldo, li jiġi iben il-gowlkiper leġġendarju Francesco, iddebutta ma’ Padova fil-logħba kontra Giana Erminio fit-tieni rawnd tal-Coppa Italia.

Andrea daħal jilgħab fil-41 minuta ta’ dan il-konfront u kien fundamentali sabiex it-tim tiegħu jirbaħ il-logħba 3-0.

Toldo Jr għandu 18-il sena u jilgħab ukoll fit-tim tal-Primavera fejn it-tim tiegħu jinsab fir-raba’ post tal-klassifika biċ-ċans li jiġi promoss.

F’kumment li ta l-eks gowlkiper ta’ Fiorentina u Inter Francesco Toldo qal li jinsab kuntent li t-tifel tiegħu daħal jilgħab f’din il-logħba. Minkejja kollox ibnu m’għażilx li joqgħod gowlkiper iżda fittex ir-rwol ta’ attakkant.

Sport