Friday, April 19, 2024

Iben li kien ilu jfittex l-ommu s-snin, isir jaf li kienet taħdem miegħu fl-istess sptar

Mandy Cilia
Mandy Cilia
Ġurnalista

Aqra wkoll

Tifel mill-Utah fl-Amerka li kien ġie adottat meta kien żgħir, minn dejjem xtaq jiltaqa’ mal-omm bijoloġika tiegħu. 

Huwa kien ilu jfittixha s-snin u qatt ma rrealizza li ommu kienet taħdem fl-istess sptar fejn jaħdem hu. 

Tul dawn is-snin għamel bosta tentattivi biex jipprova jsib lil ommu jew forsi lil xi ħadd minn tal-familja tiegħu li jista’ jwasslu għaliha. Minn banda l-oħra l-omm qatt ma nsiet lil binha, li kienet tatu għall-adozzjoni meta kienet għadha żagħżugħa. 

“Kien il-ħin kollu f’moħħi u qatt ma nsejtu” tgħid l-omm. Il-ġenituri adottivi rnexxielhom jibagħtulha r-ritratti ta’ binha u anka xi ittri. Hija sabitu anka fuq Facebook iżda għażlet li żżomm id-distanza għax ma xtaqitx tgerrxu kif saret taf li qiegħed ma’ familja sinjura u għandu futur sabiħ quddiemu. 

Darba għamlet il-kuraġġ u bagħtitlu kartolina f’għeluq sninu u hemm ħajjitha ħadet xejra oħra. It-tifel li kien imxennaq għaliha aċċettaha mill-ewwel. Kienet ilha tistenna din il-ġurnata għal dawn l-aħħar 20 sena u qatt ma immaġinat li fl-aħħar se tkun qed taqta’ xewqitha. 

Immedjatament bagħtilha biex jiltaqgħu u t-tnejn li huma ġabu l-familji magħhom. Huwa sar jaf li għandu żewġ aħwa oħra u fl-ewwel laqgħa tagħhom indunaw li għalkemm qatt ma tkellmu qabel, f’dawn l-aħħar snin kienu jaħdmu fl-istess sptar. 

Sport