Thursday, April 18, 2024

Iben Nicholas Camilleri jallega li s-sistema falliet lil missieru filwaqt li jfakkar il-qalb tajba tiegħu

Aqra wkoll

“Tlifna missier tal-ġenn. Dejjem ħdimt għalina u lanqas nilħaq niftaħ ħalqi għax tkun diġà qdejtni”. Iddikjara dan iben Nicholas Camilleri li sigħat wara l-konferma tal-mewt tiegħu għażel li jfakkar il-qalb tajba ta’ missieru.

Iż-żagħżugħ kompla biex jgħid li issa daqshekk talab pariri lil missieru għal xi installazzjoni fid-dawl jew jistaqsih x’tip ta’ għodda jaqbillu jixtri. Il-missier min-naħa tiegħu, daqsekk saqsieh kif jagħmel xi ħaġa sempliċi fuq il-laptop jew għalxiex mhux jaħdimlu il-printer.

L-iben ikompli biex jallega li s-sistema kienet falliet lil Nicholas u li l-kura li kellu bżonn twaqqfet milli tingħatalu. Huwa allega wkoll li missieru kellu bżonn jiġi mħares mit-tobba u għal xi raġuni dan il-moniteraġġ twaqqaf ukoll. 

L-iben temm ikellem lil missieru u jgħidlu li filwaqt li hu ħaseb li d-dinja kienet daret kontrih u li ma kellux iżjed għalxiex jgħix, fil-verità ħafna ħassew in-nuqqas tiegħu u bagħtu l-kondoljanzi tagħhom.

Ekonomija

Sport