Sunday, May 5, 2024

Ibrahimovic irid lil Antonio Conte fit-tmexxija ta’ AC Milan

Aqra wkoll

Id-diriġent ta’ AC Milan Zlatan Ibrahimovic irid lill-eks kowċ ta’ Juventus, Tottenham Hotspur u Inter Antonio Conte sabiex jingħaqad magħhom. Ibrahimovic jara lil Conte bħala l-bniedem kapaċi li jerġa’ jġib lir-Rossoneri bħala tim rebbieħ filwaqt li bħalu hu motivatur kbir.

Conte ilu wieqaf mill-kowċing sa mis-sena 2023 meta kien rilaxxjat minn Tottenham.

Jidher għalhekk li l-futur ta’ Stefano Pioli mar-Rossoneri jidher dejjem aktar imċajpar.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport