Sunday, May 5, 2024

Jose Mourinho irid proġett ambizzjuż

Aqra wkoll

Meta kien qed jitkellem f’intervista ma’ gazzetta Ingliża, l-eks kowċ ta’ AS Roma Jose Mourinho qal li għandu futur sabiħ quddiemu minkejja li bħalissa mhux qed imexxi klabb. Hu sostna li jrid imur fi klabb li għandu proġett ambizzjuż u mhux bilfors biex jirbaħ il-kampjonat.

Mourinho aċċenna l-fatt li minħabba l-kurrikulu vast tiegħu, tim li jimpjegah irid bilfors jirbaħ it-titli. Hu qal li għalih dan m’għadux prijorita’ u jixtieq imexxi klabb li jibda jtellgħu bil-mod il-mod fil-livell tiegħu.

Mourinho ġie mneħħi minn kowċ ta’ Roma fi Frar li għadda biex minfloku laħaq Daniele de Rossi.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport