Friday, November 8, 2024

Iċ-Ċaqnu jinħeles mill-arrest … jgħid li qed jikkopera bis-sħiħ

Aqra wkoll

Charles Polidano, magħruf bħala ċ-Ċaqnu, ingħata l-ħelsien mill-arrest u tpoġġa fuq police bail wara li lbieraħ kien interrogat mill-Pulizija fuq suspett ta’ allegazzjonijiet dwar korruzzjoni u ħasil ta’ flus.

Fl-aħħar sigħat rapporti fil-midja lokali qalu li Polidano u ibnu Gordon ġew arrestati ilbieraħ stess u kienu interrogati mill-Pulizija tat-Taqsima tar-Reati Finanzjarji (FCID) dwar suspett li seta’ kkorrompa uffiċjal għoli f’entità kbira rigward allegat bejgħ ta’ propjetà.

Skont l-istess rapporti, l-avukat ta’ Polidano kkonferma dwar l-interrogazzjoni u qal li l-klijenti tiegħu kienu qegħdin jistennew li jinħelsu fis-sigħat li segwew.

Fi stqarrija, il-Grupp Polidano ċaħad kategorikament l-allegazzjonijiet fil-konfront ta’ Charles Polidano u ibnu u qal li qed jassisti lill-awtoritajiet biex ikunu vverifikati pagamenti lill-kumpanija li saru fl-2014.

Sport