Tuesday, May 14, 2024

Basketball Nisa: Il-Maltin megħluba minn Ċipru

Aqra wkoll

Fil-fażi tal-gruppi tal-Kampjonat tal-basketball tal-Pajjiżi ż-Żgħar Ewropej tan-Nisa, il-Maltin sfaw megħluba minn Ċipru bl-iskor ta’ 77-67, bis-sessjonijiet ikunu (Ċipru l-ewwel) 17-14, 24-15, 20-19, 16-19.

Ir-reazzjoni tal-Maltin waslet kemmxejn tard biex setgħu jdawru r-riżultat favur tagħhom.

L-iskorers Maltin kienu Ashleigh van Vilet (23), Sophie Abela (14), Jsoephine Grima u Nicola Handrec (9), Stephanie De Martino (8) u Kristy Galea (4).

Il-players l-oħra kienu Nicole Agius, Ylenia Bonett, Claire Ciantar, Danika Galea, Mikela Riolo u Julia Xerri.

Sport