Tuesday, May 14, 2024

Waterpolo: Ta’ Xbiex jittrijonfaw f’logħba bilanċjata

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Marsaxlokk……………………………. 9

Ta’ Xbiex……………………………….. 11

(1-5, 4-3, 3-0, 1-3)

F’partita bilanċjata, Ta’ Xbiex għelbu l-isfida ta’ Marsaxlokk bl-iskor ta’ 11-9, b’Ta’ Xbiex jiftħu vantaġġ ta’ erba’ goals sa tmiem l-ewwel sessjoni iżda mbagħad Marsaxlokk wettqu reazzjoni tajba u rnexxielhom iġibu l-iskor indaqs sa tmiem it-tielet sessjoni.

Madankollu, fl-aħħar sessjoni ħarġet biċ-ċar il-grinta u l-ħeġġa taż-żgħażagħ ta’ Ta’ Xbiex li finalment għamlet id-differenza kollha.

Għalihom spikka ferm il-player żagħżugħ Elijah Schembri li skorja xejn inqas minn ħames goals, jiġifieri kważi nofs il-goals tat-team tiegħu.

Ta’ Xbiex ħarġu ferm aggressivi u rebħu l-ewwel sessjoni bl-iskor kbir ta’ 5-1, bl-awturi tal-goals għalihom ikunu Edward Aquilina u Elijah Schembri (3) bl-ewwel goal tiegħu jasal minn penalty u Jacob Saliba ukoll minn penalty. Ryan Galea skorja l-uniku goal għal Marsaxlokk.

Iżda x-Xlukkajri wettqu reazzjoni mill-aqwa meta reb­ħu t-tieni sessjoni bl-iskor ta’ 4-3, biex reġgħu daħlu lura fil-logħba. Il-goals għalihom waslu minn Cain Cutajar (2), Dean Bugeja u Julian Valletta. Dan sabiex Elijah Schembri, Zak Cutajar Licari u Edward Aquilina wieġbu għal Ta’ Xbiex.

Il-partita kompliet tisbieħ u ssir waħda iktar emozzjonanti bit-team immexxi mill-coach, Nenad Navarin, jittrijonfa bl-iskor ta’ 3-0 fit-tielet sessjoni, bl-awturi tal-goals għalihom ikunu Ryan Galea u Luigi Mallia (2) bl-ewwel goal għalih jasal minn pe­nalty.

Kollox kellu jiġi deċiż fir-raba’ u l-aħħar sessjoni, b’Ta’ Xbiex joħorġu l-aqwa tagħhom u joħorġu fuq in-naħa rebbieħa bl-iskor ta’ 3-1, b’Elijah Schembri, Jayden Cassar u Zak Cutajar Licari jsibu x-xibka għalihom. Dan filwaqt li Ryan Galea skorja l-uniku goal għal Marsaxlokk.

Marsaxlokk: 1-Sam Mif­sud, 2-Russell Spiteri, 3-Cain Cutajar (2), 4-Ben Zammit, 5-Damien Cordina, 6-Dean Bugeja (1), 7-Max Zammit, 8-Luigi Mallia (2), 9-Luke Saliba, 10-Ryan Galea (3), 11-Julian Valletta (1), 12-Alistair Cook, 13-Miguel Farrugia, 14-Sean Mifsud, 15-Rainer Scerri – Coach: Nenad Navarin

Ta’ Xbiex: 1-Ryan Coleiro, 2-C. J. Saliba, 3-Edward Aquilina (2), 4-Jamie Pace Mizzi, 5-Edward Meli, 6-Sam Engerer, 7-Jacob Saliba (1), 8-Jayden Cassar (1), 9-Elijah Schembri (5), 10-B. Attard Littschaw, 11-Philip Tabone, 12-Julian Chircop, 13-Zac Dzanovic, 14-Zak Cutajar Licari (2), 15-Tom Fenech Coach: Zoran Maslovar

Referees: Mauro Luciani, Alex DeRaffaele

Sport