Sunday, December 22, 2024

“Iċ-ċekk tar-rifużjoni jista’ jkun l-aħħar wieħed jekk il-poplu ma jagħtix il-fiduċja ‘l-PL”

Aqra wkoll

Waqt attività Politika bit-tema Malta Flimkien, fil-Qrendi, il-Prim Ministru qal li kulħadd faħħar il-proposti tal-Partit Laburista.

Abela qal pero li dawn jibqgħu proposti sakemm il-poplu ma jagħtihomx l-fiduċja fis-26 ta’ Marzu li ġej. Il-Prim Ministru kompla biex jgħid li l-Partit Nazzjonalista qiegħed juri biċ-ċar li jrid jieħu lill-pajjiż lura u dan jidher ċar fil-manifest elettorali ppreżentat minnhom.

Abela qal li jekk fis-26 ta’ Marzu l-poplu ma jagħtix il-fiduċja lil dan il-gvern, iċ-ċekk tar-rifużjoni tat-taxxa li se jirċievi fil-jiem li ġejjin jista’ jkun l-aħħar wieħed.

Huwa sostna li importanti li kulħadd jiġbor id-dokument tal-vot biex jiddeċiedi l-futur tal-pajjiż.

Ekonomija

Sport