Tuesday, November 10, 2026
Home Sport Iċ-ċelebrazzjonijiet ta’ Felix Nmecha ta’ Borussia Dortmund iqajmu kontroversja

Iċ-ċelebrazzjonijiet ta’ Felix Nmecha ta’ Borussia Dortmund iqajmu kontroversja

0
40

Il-midfielder ta’ Borussia Dortmund, Felix Nmecha, qajjem kontroversja biċ-ċelebrazzjonijiet tiegħu wara li skorja ż-żewġ goals fir-rebħa ta’ 2-1 kontra SV Elversberg. 

Il-ġest tiegħu, li jneħħi kuruna immaġinarja minn fuq rasu u jniżżilha mal-art, huwa marbut mal-kampanja reliġjuża The King’s Return. 

Il-grupp tal-partitarji ta’ Dortmund ikkritika din iċ-ċelebrazzjoni minħabba l-assoċjazzjoni tagħha ma’ fehmiet konservattivi dwar l-omosesswalità, l-identità tal-ġeneru u l-abort. 

Nmecha ddefenda ruħu billi spjega li l-ġest jirrifletti l-fidi tiegħu f’Ġesù Kristu u mhux intenzjoni li jxerred mibegħda jew diskriminazzjoni. Dortmund se jiddiskuti l-kwistjoni mal-player.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here