Paul Zammit m’għadux coach ta’ Birkirkara hekk kif bi qbil reċiproku mal-kumitat twaqqaf il-kuntratt tiegħu.
Dan seħħ wara s-sensiela ta’ riżultati xejn sodisfaċenti bil-konsegwenza li ma kkwalifikawx mat-Top Six u kellhom jikkuntentaw bil-Bottom Six.
Din kienet ir-raba’ avventura ta’ Zammit mal-Istripes b’dawk preċedenti kienu bejn l-2009 u l-2011, l-2011 u l-2015, l-2017 u 2019.
Huwa kien għamel id-debutt mal-Istripes fil-Kampjonat, nhar il-21 ta’ Awwissu, 2009, fit-telfa ta’ 3-1 kontra Valletta.
F’dan l-istaġun, minn 12-il partita, Zammit kiseb erba’ rebħiet, erba’ draws u sofra erba’ telfiet.
L-eks coach ta’ Floriana, il-Portugiż Daniel Portela, mistenni jkun is-suċċessur tiegħu.




