Tuesday, December 24, 2024

Iċ-Ċentru tas-Saħħa Ċensu Moran jiftaħ fl-ewwel nofs tas-sena li ġejja

Id-DPM ifakkar dwar żmien fejn pazjenti bi problemi ta' saħħa mentali kienu "kważi jintesew"

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

“Kull meta nitk­ellem fuq is-­servizz tas-saħ­ħa ta’ Malta li llum huwa rikonoxxut li huwa fost l-aqwa fid-dinja, dejjem ngħid li għandna servizz li huwa l-għira ta’ ħafna pajjiżi. Madanakollu dan is-suċċess ma bediex mill-bieraħ. Però meta niġu għas-saħħa mentali ma nistax ngħid l-istess.”

Sostna dan id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne waqt it-tieni qari tal-abbozz ta’ liġi li jemenda l-Att dwar il-professjonijiet tas-saħħa fl-okkażjoni tal-Jum Internazzjonali tas-saħħa mentali. Il-Ministru Fearne qal li meta laħaq hu Ministru tas-Saħħa jiftakar li sab ma’ wiċċu sitwazzjoni xejn feliċi fejn jidħol dan is-suġġett. 

Huwa qal li min kien jieħu ħsieb il-kura tas-saħħa mentali, kien jaħseb li dan is-servizz kellu jkun maqtugħ mill-bqija tas-servizzi.

Politika żbaljata fejn jidħlu pazjenti bi problemi ta’ saħħa mentali

Fearne fakkar li kif taħt l-amministrazzjoni Nazzjo­n­alista kellek twemmin ta’ politika żbaljata li kienet waħda li titbiegħed mill-inklussività. 

“Kellek sitwazzjoni fejn persuna tidħol fl-Isptar Monte Carmeli u kważi jintesa. Niftakar binja li fiha kien hemm nies ta’ 45 u 50 sena li daħlu f’din il-Juvenile Ward u damu għal aktar minn 20 sena hemmhekk,” spjega Fearne filwaqt li qabbel dawn ir-realtajiet ma’ dawk preżenti fejn f’ħafna bereġ madwar il-pajjiż qegħdin jingħataw servizzi varji relatati mas-saħħa mentali fil-komunità stess.

Il-Ministru saħaq dwar il-bżonn li dawn il-persuni jingħataw il-kura fil-komunità u ħabbar li fl-ewwel nofs tas-sena li ġejja jiftaħ iċ-ċentru Ċensu Moran ġewwa Raħal Ġdid u dan se jinkludi servizzi speċifiċi relatati mas-saħħa mentali minbarra dawk offruti f’Monte Carmeli. 

Ħidma infrastrutturali għaddejja

Il-Ministru ħabbar ukoll li diġà ngħata l-ewwel kuntratt għall-bini tal-Isptar il-Ġdid tal-Psikjatrija u beda l-ewwel xogħol ta’ dokumentazzjoni biex b’hekk fis-snin li ġejjin f’pajjiżna se jkollna sptar li se jkun parti mill-kampus tal-Isptar Mater Dei.

Tkellem dwar ix-xogħol kbir li għaddej fl-Isptar Monte Carmeli u li f’din il-leġislatura dan il-Gvern huwa kommess li jiddaħħlu mediċini ġodda għal dawn il-persuni li jkunu qegħdin ibatu minn kundizzjonijiet ta’ saħħa mentali varji.

Minn 240 każ, 16-il persuna biss kellhom jingħataw il-kura fl-Isptar

Ma naqasx milli jispjega dwar il-benefiċċji u r-riżultati ta’ ħidma kontinwa fis-settur tas-saħħa mentali. Spjega kif kien hemm 240 każ ta’ persuni li minnhom kienu biss 16-il persuna li kellhom jiddaħħlu għall-kura fl-Isptar grazzi għall-introduzzjoni tas-­servizz tal-Crisis Res­ponse Team.

Permezz ta’ dan is-servizz minflok li f’kull każ, il-persuna tiġi riferuta direttament għall-Isptar, għandek tabib li jeżamina l-kundizzjoni u jassisti lil dawk bżonn l-għaj­nuna fil-kumdità ta’ darhom stess u ssir evalwazzjoni ta’ kull każ.

Nuqqas ta’ madwar 10 miljun healthcareworkers madwar id-dinja sal-2030

Il-Ministru tkellem dwar il-problema tal-healthcare workers u kif hu stmat li sas-sena 2030 se jkun hawn nuqqas ta’ madwar 10 miljun healthcare worker madwar id-dinja kollha. Il-Ministru qal li din hija wkoll problema li tinħass f’pajjjiżna. Spjega kif bħala Ministeru, qiegħed jipprova jħeġġeġ żgħażagħ Maltin anke b’kampanji fl-iskejjel biex jieħdu din il-professjoni. Kompla biex jgħid li f’Malta hawn mal-1,500 persuna li ġew minn pajjiżi terzi u qegħdin jagħtu s-servizz tagħhom f’pajjiżna. Minbarra dawn hemm oħrajn minn pajjiżi oħra fl-Unjoni Ewropea li tajjeb li nirrikonoxxu l-ħiliet u s-servizz professjonali tagħhom.

Huwa qal li l-abbozz diskuss jemenda l-att li jirregola l-professjoni tas-saħħa li għadda fl-2003 b’tali mod li jarmonizza l-mod ta’ kif il-kwalifiċi Ewropej jiġu aċ­ċettati f’pajjiżna filwaqt li jkun żgurat servizz ta’ ­livell għoli. Dan se jkun ifisser li persuni b’ħiliet fil-qasam tas-saħħa li jagħżlu li jiġu jipprattikaw dawn il-professjonijiet f’pajjiżna jkunu jistgħu jintlaqgħu f’pajjiżna u jgħinu biex ikompli jikber is-servizz offrut. Il-Gvern jinsab impenjat li jagħti kundizzjonijiet li jittrattaw tajjeb lil dawn il-ħaddiema kif suppost biex mhux biss jagħżlu lil pajjiżna, iżda jinżammu hawnhekk biex ikunu jistgħu jgħinu f’dan it-titjib. 

Kundizzjonijiet aħjar għal platform workers

Minbarra l-ħaddiema fil-­­qasam tas-saħħa, Fearne għamel referenza għal dwar dawk il-ħafna ħaddiema li joffru servizzi siewja lil pajjiżna biex iwasslulna l-ikel, u li kif ħabbar il-Prim Minisitru, se jkun żgurat li dawn ikollhom kundizzjonijiet tax-xogħol xierqa u diċenti biex dan is-servizz ikompli għax jidher li ntlaqa’ tajjeb mill-poplu.

Ekonomija

Sport