Tuesday, May 14, 2024

Iċ-champions Real Madrid itemmu l-impenji tal-kampjonat bi draw kontra Real Betis

Aqra wkoll

Iċ-champions Spanjoli, Real Madrid, temmew l-impenji tagħhom tal-kampjonat bi draw ta’ 0-0 kontra Real Betis. 

Huwa ngħataw il-permess jilagħbu l-Ġimgħa filgħaxija minħabba li nhar is-Sibt, 28 ta’ Mejju, huma se jilagħbu l-finali tal-UEFA Champions League kontra Liverpool li min-naħa tagħhom jilagħbu l-aħħar partita tal-Premier League Ingliż għada kontra Wolves. 

Din il-logħba kienet ukoll tislima lil Marcelo fejn ingħata wkoll il-faxxa ta’ captain, mingħand Karim Benzema, meta daħal bħala sostitut fil-post ta’ Ferland Mendy fis-70 minuta. 

Player li mhux se jibqa’ magħhom huwa l-attakkant internazzjonali ta’ Wales, Gareth Bale, li iżda ma kienx imniżżel fil-lista tal-iskwadra u għaldaqstant ma ngħata l-ebda tislima minn dawk preżenti. 

Sport