Friday, December 20, 2024

Iċ-ċiklun Ilsa: 11-il sajjied Indoneżjan salvati wara li għamlu sitt ijiem bla ikel fuq gżira

Aqra wkoll

Ħdax-il sajjied ta’ nazzjonalità Indoneżjana ġew salvati wara li għamlu sitt ijiem sħaħ mingħajr ikel jew ilma fuq gżira ċkejkna ‘l barra mill-kosta Awstraljana.

L-Awtorità Awstraljana tas-Sigurtà Marittima qalet li t-Tnejn li għadda, huma ġew trasportati bl-ajru mill-gżira Bedwell, xi 330 kilometru ‘l bogħod fil-Punent tal-belt ta’ Broome fil-Punent tal-Awstralja. Qed ikun irrapportat iżda li disa’ persuni oħra mietu.

Dawk li rnexxielhom isalvaw qalu li ż-żewġ dgħajjes tagħhom intlaqtu miċ-ċiklun tropikali Ilsa l-ġimgħa li għaddiet u għerreq dgħajsa minnhom.

Kelliem għall-Forza tal-Fruntieri qal li s-sajjieda “jinsabu f’kundizzjoni ta’ saħħa tajba minkejja dak li għaddew minnu” filwaqt li żied jgħid li bħalissa qiegħda ssir ħidma biex dan il-grupp ta’ sajjieda jkunu ripatrijati.

Ekonomija

Sport