Sunday, December 22, 2024

Iċ-Ċina b’mira ta’ tkabbir ekonomiku ta’ 5%

Aqra wkoll

Il-Kungress Nazzjonali tal-Poplu taċ-Ċina (NPC) ta bidu għas-sessjoni parlamentari annwali tiegħu, fejn ħabbar mira modesta għal tkabbir ekonomiku ta’ madwar 5%.

Is-sessjoni li bdiet f’Beijing il-Ħadd, għandha wkoll tagħti lill-President Xi Jinping, it-tielet mandat fil-kariga u timplimenta l-akbar tibdil fil-gvern f’dawn l-aħħar 10 snin. 

F’rapport li nqara waqt is-sessjoni tħabbret ukoll il-mira li jinħolqu madwar 12-il miljun impjieg din is-sena. 

Il-prodott domestiku gross taċ-Ċina (PDG) kiber bi 3% is-sena li għaddiet, waħda mill-agħar wirjiet tiegħu f’għexieren ta’ snin, wara tliet snin ta’ restrizzjonijiet relatati mal-pandemija tal-Covid-19. Skont l-istess rapport, il-gvern Ċiniż stabbilixxa wkoll mira ta’ defiċit ta’ 3 fil-mija tal-PDG. 

Din kienet l-ewwel laqgħa tal-NPC minn meta ċ-Ċina neħħiet il-politika tagħha ta’ zero-Covid f’Diċembru, wara protesti kbar madwar il-pajjiż kollu.

Ekonomija

Sport