Saturday, November 16, 2024

Iċ-Ċina tikser is-skiet u tawgura lil Biden u lil Harris jiem wara r-rebħa tagħhom

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-Ministru għall-affarijiet Barranin Ċiniż fl-aħħar sigħat kiser is-skiet u awgura lill-President elett Joe Biden u l-Viċi President eletta Kamala Harris għar-rebħa tagħhom fl-elezzjoni presidenzjali.

Wang Wenbin żied jgħid li bħala pajjiż huma jirrispettaw l-għażla tal-Amerikani u fl-istess waqt jifhmu li r-riżultat uffiċjali se jkun determinat skont il-lġijiet u l-proċeduri tal-pajjiż.

Il-President Russu Vladimir Putin għadu ma awgurax liż-żewġ personalitajiet eletti u skont kelliem għal Putin, ir-Russja se tkun qiegħda tirrikonoxxi r-rebħa ta’ Biden u Harris la darba r-riżultat ikun wieħed uffiċjali.

Filwaqt li Trump għadu mhux qiegħed jikkonċedi t-telfa u qiegħed isostni mingħajr ma jissustanzja l-allegazzjonijiet tiegħu, li kien hemm madwar 2.7 miljun vot tiegħu li ġew “mħassra”.

Biden se jkun s-46 President u l-aktar wieħed li kiseb voti fl-istorja tal-Istati Uniti b’madwar 75 miljun vot.

Ekonomija

Sport