Sunday, November 3, 2024

Iċ-Ċina tintroduċi iktar miżuri stretti kontra l-Covid-19

Aqra wkoll

L-awtoritajiet tal-belt Ċi­niża ta’ Shanghai jkunu qed isaħħu l-miżuri tal-lockdown hekk kif din il-belt kompliet tesperjenza żieda qawwija fin-numru ta’ każi ta’ Covid-19.

Din il-belt ilha ġimgħat għaddejja minn miżuri stretti ta’ kwarantina u kontroll, fejn saħansitra kmieni din il-ġimgħa komunitajiet sħaħ ta’ persuni minn madwar Shanghai ġew obbligati li jevakwaw djarhom biex b’hekk il-proprjetà tiġi diżinfettata kontra l-virus. Din il-miżura jidher li tibqa’ għaddejja anke fil-ġimgħat li ġejjin. 

L-uffiċjali ta’ Shanghai qalu wkoll li l-persuni kollha infettati u dawk li jkunu ġew f’kuntatt qrib magħhom se jkunu qed jiġu trasferiti lejn ċentru ta’ kwarantina mmexxi mill-gvern. Ir-restrizzjonijiet f’Shanghai issa se jidħlu fil-ħames ġimgħa tagħhom. 

Iċ-Ċina qiegħda segwi politika ta’ “żero-Covid” iżda jidher li din mhix qiegħda taħdem, anzi l-każi qegħdin ikomplu jiżdiedu. 

Sport