Il-komunità qiegħda tibki t-telfa ta’ Francesco, it-tfajjel b’qalb tajba u innoċenti li minkejja tbatija kontinwa minn età żgħira, qatt ma kien ikun bil-geddum.
Kien ikun dejjem bit-tbissima u jara kif iferraħ lil ħaddieħor biċ-ċajt tiegħu. Puttinu Cares qalu li jinsabu mnikktin ferm bl-aħbar tal-mewt tiegħu u fakkru dwar min jaf kemm-il darba ttantawh u nkewh.
It-tfajjel kien ipaxxi lil dawk li kienu jitkellmu miegħu hu u jirraġuni bl-aċċent Għawdxi.