Fl-aħħar sigħat, Jasmine rritornat lura f’pajjiżna wara ġimagħtejn ta’ terapija fl-Ingilterra, bl-ewwel terapija – dik tal-ABM – li saret f’Londra filwaqt li t-terapija l-oħra tar-“reflex integration” li rċevietha f’Camberley.
“Iddur kemm iddur, post speċjali daqs darek ma ssib imkien … fl-aħħar erġajt ingħaqadt lura ma’ missieri. Kont qed inħossu wisq in-nuqqas tiegħu,” intqal fuq il-paġna Jasmine’s Journey.
Jasmine, flimkien m’ommha u nannitha, qabdu r-rotta lejn l-Ingliterra fl-14 ta’ Settembru li għadda.