Sunday, December 22, 2024

‘Iċċapċpux, jien ma naqbilx magħkom, missieri kien wieħed mill-ewwel tobba li miet bil-Covid” – Marco Natali

... il-protesti kontra t-tilqima madwar l-Ewropa. F’Lodi żagħżugħ Taljan jikkonfronta lil folla li kienet qed tipprotesta

Victor Vella
Victor Vella
Ġurnalist

Aqra wkoll

“Marco. Irrid nirringrazzjak. Żgħażagħ bħalek jagħtu tama u fiduċja għall-futur. It-testimonjanza tiegħek fil-pjazza tara li ma jintesiex is-sagifiċċji li għamlu dawk li ma rnexxielhomx jirbħu il-battalja mal-Covid19. U b’dak li għedt inti nibqgħu inżommu f’moħħna li ma nistgħux inċedu l-armi issa, meta għandna l-istrumenti biex noħorġu mill-pandemija. Kull ma rridu nagħmlu hu li nużawhom”.

Dan hu l-kumment imqanqal li kien qed jiġi ċċirkolat minn Desiree Del Giovine, tabiba magħrufa fl-Italja lil Marco Natali, liema kumment kien ukoll qed jixxerred minn għadd ta’ esponenti oħra.  Dan il-kumment imqanqal sar wara li għadd ta’ politiċi Taljani, Sindki, pulizija u residenti b’mod ġenerali faħħru l-att li wettaq Marco Natali, li f’Lodi quddiema protesta ta’ madwar 200 ruħ kontra it-tilqima li tipproteġik mill-Covid19, ma ddejjaqx jikkonfrontahom.

Dan seħħ proprju nhar is-Sibt meta f’għadd ta’ bliet kbar Taljani u anke bliet oħra madwar id-dinja u anke f’Malta saru prrotesti kontra it-tilqima. Kien biss f’Lodi fl-Italja, li Marco żagħżugħ ta’ 22 sena ma ddejjaqx jikkonfronta lil dawk preżenti.

Fi kliem Marco,  hu spiċċa intervjena fil-protesta għax kien infastidjat minn kliem bħal ‘in-nies qed joqtluhom fl-isptar. Il-Covid ma joqtolx”. 

L-istorja ta’ Marco u dak li wettaq bdiet tiġi ċċirkolata mal-Italja kollha fl-aħħar sigħat.  Marco inzerta kien f’Lodi b’kumbinazzjoni. Ma kellu ebda ħsieb li jintervjeni f’din il-protesta. Filfatt lanqas biss kien jaf li f’Lodi kienet se ssir protesta kontra it-tilqima li tipproteġi mill-Covid19. 

Inżerta kien qed fil-pjazza meta l-protestanti waslu hemmhekk u fost l-għajjat ta’ protesta kien hemm dak li Covid19 ma joqtolx.  Is-Sindku ta’ Castano Primo, Giuseppe Pignatiello, kien fost dawk li xandar l-istorja ta’ Marco Natali b’mod dettaljat ħafna.

“Jien ma naħsibiex bħalkom… missieri kien wieħed mill-ewwel tobba li miet bil-Covid19”

Kien meta sema’ din l-għajta li hu ħassu iffastidjat u daħal f’nofs il-folla.  Jgħidilhom li għandu 22 sena u dawk preżenti ma tawx ċans ikompli li ma infexxux f’ċapċipa kbira, ovvjament għax kienu qed jaħsbu li kien wieħed minnhom.

“Iċċapċpux”, kienet il-kelma li qalilhom wara. “Jien ma naħsibhiex bħalkom. F’Marzu li għadda, eżattament fit-18 ta’ Marzu, missieri li hu tabib miet bil-Covid19.  Fil-11 ta’ Marzu kont irċevejt messaġġ li kienu infurmawni li bilkemm qed jieħu nifs. Wara ftit jiem miet.  Kienu dakinhar kellna it-tilqima, wisq probabbli li llum għadu ħajt”, iddikjara Marco quddiem dawk preżenti.

Missieru kien jaħdem f’Caselle Landi

Missier Marco, Marcello kein jaħdem bħala tabib ġenerali f’Caselle Landi. Hu kien fost l-ewwel tobba li kienu vittma tal-Covid19. Kien tabib li baqa’ mal-pazjenti sal-aħħar.  Hu kien ittieħed fl-isptar ta’ Cremona u wara ittieħed fl-ITU fi sptar f’Milan 

Bdew jitkellmu biex ma jiħdux it-tilqim

Marco jgħid li “kont f’dik il-pjazza kumbinazzjoni.  Kont qed nakkumpanja lit-tfajla f’negozju fil-qrib.  Meta rajt ħafna nies għall-ewwel ħsibt li hemm xi ċerimonja ta’ xi tieġ.  Mort nara u stajt nisma li kenu qed jitkellmu kontra l-obbligu li dak li jkun jieħu it-tilqima.  Jien persuna kalma ħafna, u wara li smajt x’kienu qed jgħidu irritornajt lejn fejn kien hemm it-tfajla tiegħi.  Kien hawn li smajt mara tgħajjat li l-imwiet mill-Covid19 ma jeżistux. Kompliet li n-nies qed jinqatlu fl-isptarijiet.  Quddiem dan ma stajtx ma nintervjenix.  Wara dak li għaddejt minnu, mhux se naċċetta li xi ħadd jgħid xi ħaġa simili fil-preżenza tiegħi. Din laqtitni fil-laħam il-ħaj. Jien nemmen li kulħadd hu liberu imma li tgħid xi ħaġa simili fi pjazza quddiem tant nies, tkun qed taqbeż il-limiti.  Dan għax il-libertà ta’ dak li jkun tispiċċa eżatt ma’ fejn tibda il-libertà tiegħi.”

“Jien nemmen fix-xjenza”

Marco jiddikjara b’mod ċarr ħafna li “naċċetta li xi ħadd jista’ jkun kontra it-tilqima, imma ma tgħidx dawk l-affarijiet fi pjazza. Jien it-tifel tat-tabib Marcello Natali. Nemmen fil-mediċina u fix-xjenza. Dawk l-assurditajiet li bdew jgħidu huma bla bażi xjentifika anzi jmorru kontra dak li qed tgħix ix-xjenza. Jien għandi motto f’ħajti. Aħjar tibdki milli jiddispjaċik”.

Ekonomija

Sport