Thursday, March 28, 2024

Jipproponu li nofs il-kuċċiera tal-karozzini jingħataw somma biex jirrinunzjaw il-liċenzja tagħhom

Maria Azzopardi
Maria Azzopardi
Ġurnalista

Aqra wkoll

L-MSPCA qed tipproponi li l-gvern jintroduċi miżura finanzjarja li tipprovdi lin-nofs is-sewwieqa tal-karozzini bl-opportunità ta’ ‘golden handshake’. Dan biex jirrinunzjaw il-liċenzja tagħhom u jibdew xogħol jew negozju ġdid. 

Fl-isfond li Transport Malta għandha 111-il karozzin irreġistrat, l-MSPCA qalet li b’tali miżura jkun baqa’ biss 55 (jew inqas) sewwieqa tal-karozzn liċenzjati.

Fi stqarrija l-MSPCA qalet li wieħed mill-effetti li raw f’tul il-pandemija kien in-nuqqas ta’ karozzini fit-toroq tagħna. “In-nuqqas totali ta’ turżmu rriżultaw f’waqfa sħiħa għal dan in-negozju. Anke bil-ftuħ mill-ġdid tat-turiżmu f’dawn l-aħħar ġimgħat, mhux qed naraw l-istess numru ta’ karozzini fit-toroq bħal qabel.

L-MSPCA qalet li temmen li t-turiżmu mhuwiex proġettat li jerġa’ lua għan-normal malajr u b’hekk qed iħalli l-kuċċiera tal-karozzini ijtħabtu biex jaqilgħu dħul biżżejjed biex ikopru l-ispejjeż meħtieġa biex isostnu sew iż-żwiemel kollha. Qalet li l-benefiċċju tal-Covid-19 ċertament mhux biżżejjed biex iżommu l-għajxien tal-kuċċiera u l-familji tagħhom u taż-żwiemel.

L-MSPCA qalet li l-kuċċiera tal-karozzini li jċedu l-liċenzja tagħhom għandhom jingħataw ukoll l-opportunità li jagħtu ż-żiemel jew iż-żwiemel tagħhom lura lid-Direttorat tal-Animal Welfare biex jinżammu f’santwarju ffinanzjat mill-istat. L-MSPCA qalet li bl-ebda mod dawn iż-żwiemel m’għandhom jintbagħatu għall-qatla.

“Iżrael kien l-ewwel pajjiż li ipprojbixxa kull tip ta’ vettura miġbuda miż-żwiemel, segwit minn ħafna bliet fl-Amerika. Idealment, għandna insegwu dan l-eżempju wkoll. Sfortunatament, aħna nemmnu li kieku l-karozzini taż-żwiemel kienet ipprojbita, ħafna żwiemel jispiċċaw bla dar jew agħar jinqatlu. Huwa għalhekk li nemmnu li d-Direttorat ta’ l-Animal Welfare għandu jinvesti fit-twaqqif u jmexxi santwarju taż-żwiemel u jappoġġja wkoll santwarji eżistenti taż-żwiemel biex tospita u jieħdu ħsieb dawn iżżwiemel b’effett immedjat,” temmet tgħid l-MSPCA.

Ritratt: Roger Azzopardi

Ekonomija

Sport