Thursday, April 18, 2024

Iċedi pont f’Pennsylvania ftit sigħat qabel Biden kellu jitkellem dwar pjan infrastrutturali

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-President Amerikan Joe Biden jista’ jgħoddha b’waħda wara li żjara li kellu f’Pennsylvania setgħet swietlu ħajtu.

Dan hekk kif ċeda pont f’Pittsburgh, ftit sigħat biss qabel Biden kellu jżur il-post biex jitkellem dwar pjan infrastrutturali.

Għaxar persuni ndarbu f’dan l-inċident , iżda skont uffiċjal għas-sigurtà pubblika, fortunatament ħadd ma sofra ġrieħi serji.

Uffiċjali tas-salvataġġ kienu msejħa biex jinvestigaw il-possibbiltà li xi persuni sfaw maqbudin taħt il-pont.

Il-pont inbeda fl-1970 u l-aħħar spezzjonijiet fuqu saru f’Settembru li għadda. S’issa għadu mhuwiex konfermat jekk minn dawk l-ispezzjonijiet kinitx inġibdet l-attenzjoni minħabba problemi strutturali. 

Ekonomija

Sport